Aktar stejjer ġodda, b’avventuri w esperjenzi oħra fis-sensiela li jmiss f ’The Kilo Challenge’

 
Dan il-grupp ta’ parteċipanti fih ħamsa ġodda li kollha kemm huma għandhom stejjer interessanti. Ħamsa oħra se jkomplu mis-sensiela li għaddiet. Kollha kemm huma immexxija mill-esperti.

Doreen tkompli bl-istejjer marbutin mall-preparazzjonijiet għat-tieġ tagħha ma Dorian fis-26 ta’ Mejju li ġej.

 
F’The Kilo Challenge’ ser niltaqgħu ma Suzanne Piscopo li hija ESPERTA FL-ISTUDJI TA-IKEL, FAMILJA U KONSUMATUR, fejn ta’ kull ġimgħa flimkien ma’ Antonella Vassallo, il-preżentatriċi tal-programm, se jibdew jinvestigaw prodotti fis-suq biex il-konsumatur jagħżel l-aqwa prodott possibli. Din ir-rokna jisimha ‘The Kilo Inspectors’.
 
Fil-ġimgħat ta’ wara se jkollna riċetti mill-PAVI Supermarket b’hafna kompetizzjonijiet u rigali, kif ukoll se jkollna xi ħadd mit telespettaturi li se jirbaħ it-titlu ta’ SINJURA PAVI.
 
Il-features ma jonqsux fil-programm, kif ukoll li stejjer reali li jigru fil-programm matul il-gimgħa.
 
Jekk tixtieq tkun parti fil-programm, tista tibgħat SMS b’ismek u kunjomok fuq 9811 9222 u tkun parti mill-udjenza u tingħata diversi rigali.
 
Għal aktar informazzjoni ċempel 2745 0000.